
ħelsien.com
Attiviżmu Studentesk.
Politika - Ġrajjiet Kurrenti - Opinjoni.
Merħba fil-paġna ħelsien.com.
Din il-paġna hija amministrata minn żgħażagħ li għandhom għal qalbhom il-valuri soċjalisti, progressivi u xellugin. L-għan ta' din il-paġna huwa sabiex jibqa' ħaj l-ispirtu Soċjalista fix-xena tal-politika Maltija. Fi żmien fejn il-Kapitaliżmu u l-Lemin qiegħed dejjem jgħolli rasu mhux biss fl-Ewropa iżda anke fid-dinja, nemmnu li s-Soċjaliżmu jista' jkun l-isperanza sabiex il-bnedmin jgħixu f'armonija flimkien filwaqt li ngħollu lill-vulnerabbli tas-soċjetà u l-livell tal-għixjien permezz ta' miżuri bbażati fuq il-prinċipji xellugin li jippromwovu żvilupp sostenibbli b'mod ekonomiku, soċjali u ambjentali.
Il-prinċipji fundamentali tagħna huma sabiex:
Inħarsu l-prinċipju tan-newtralità u non-allineament, ngħollu l-livell tal-għixjien tal-poplu Malti, nindirizzaw il-faqar u l-qgħad, inħarsu lill-ambjent u nirregolarizzaw in-negozju, ngħollu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, nippromwovu ekonomija bbilanċjata, insaħħu s-servizzi soċjali.
- Eman Farrugia, amministratur tal-paġna.
Dwar ħelsien.com
F'din il-paġna għandek issib għadd ta' artikli dwar diversi temi politiċi fosthom ġrajjiet kurrenti, ġrajjiet passati, kitbiet ta' opinjoni u kitbiet informatiċi ispirati mit-twemmin soċjalista.

Proġett Palestina.
Proġett Umanitarju.
Permezz tat-tnedija tal-kampanja karitattiva ''Proġett Palestina. Proġett Umanitarju'', il-paġna ħelsien.com qiegħda tħeġġek sabiex tagħti l-appoġġ tiegħek lill-ħidma sfieqa li qiegħda twettaq l-organizzazzjoni M.E.C.A. (Middle East Children's Alliance) mal-poplu tal-Palestina. Bid-donazzjoni tiegħek tkun qiegħed tgħin lill-poplu tal-Palestina sabiex jikseb il-ħelsien tiegħu mit-tjassir tal-kunflitti u l-gwerer preżenti relatati mal-okkupazzjoni Iżraeljana.
Il-familji f'Gaża għandhom bżonn l-appoġġ urġenti tagħkom! Ġimgħat ta' attakki kontinwi u brutali Iżraeljani f'Gaża qatlu mijiet ta' nies, darbu aktar minn elf, u spustaw għexieren ta' eluf. L-istaff u l-imsieħba lokali tal-M.E.C.A. f'Gaża jinsabu fuq il-post iwieġbu għall-ħtiġijiet l-aktar urġenti tat-tfal u l-familji. Jekk jogħġbok agħti donazzjoni issa sabiex tipprovdi għajnuna medika, ilma nadif, ikel, kits tal-iġjene u aktar! Kull donazzjoni hija apprezzata!


NEĦILSU L-AĦĦAR KOLONJA FL-AFRIKA.
Għajnuna għall-Poplu Saħrawi.
Permezz tat-tnedija tal-kampanja karitattiva ''Neħilsu l-Aħħar Kolonja fl-Afrika'', il-paġna ħelsien.com qiegħda tħeġġek sabiex tagħti l-appoġġ tiegħek lill-ħidma sfieqa li qiegħda twettaq l-organizzazzjoni World Food Programme mal-poplu Saħrawi. Bid-donazzjoni tiegħek qiegħed tgħin lill-poplu Saħrawi sabiex jikseb il-ħelsien tiegħu mit-tjassir tal-okkupazzjoni illegali tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent; l-aħħar kolonja fl-Afrika.
L-okkupazzjoni Marokkina fissret il-ħolqien ta' kriżi ta' refuġjati, hekk kif 'il fuq minn 165,000 refuġjat Saħrawi ġie sforzat 'il barra b'konsegwenza tal-invażjoni illegali tal-Marokk fit-territorju. Il-familji Saħrawi għandhom bżonn l-appoġġ urġenti tagħkom! L-istaff u l-imsieħba lokali tal-World Food Programme jinsabu f'kampijiet tar-refuġjati fl-Alġerija iwieġbu għall-ħtiġijiet l-aktar urġenti tat-tfal u l-familji Saħrawi li jinsabu f'dawn il-kampijiet. Jekk jogħġbok agħti donazzjoni issa sabiex tipprovdi għajnuna medika, ilma nadif, ikel, kits tal-iġjene u aktar!
Il-paġna ħelsien.com tavża li qiegħda tagħti wkoll l-appoġġ tagħha lill-organizzazzjoni Western Sahara Resource Watch, illi qiegħda tiddokumenta l-isfruttar illegali ta' riżorsi u l-espansjoni illegali tal-Marokk fir-territorju. Kull donazzjoni hija apprezzata!

Amministrazzjoni.
L-amministraturi tal-paġna ħelsien.com. Apparti li jamministraw il-paġna, l-irwol tagħhom huwa wkoll dak ta' artikolisti li jipproduċu artikli varjati li jistgħu jkunu rigward politika, ġrajjiet kurrenti u opinjoni.
Eman Farrugia
Amministratur ewlieni tal-paġna ħelsien.com

Eman Farrugia huwa l-amministratur u l-fundatur tal-paġna ħelsien.com. Huwa twieled fit-23 ta' Marzu 2007 u jgħix fil-lokalità ta' Ħal Qormi. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ Sant' Injazju, l-ewwel fl-iskola primarja ta' San Bastjan f'Ħal Qormi u aktar tard fl-iskola sekondarja f'Tal-Ħandaq, limiti ta' Ħal Qormi. Hemmhekk huwa tħarreġ fis-suġġetti obbligatorji u kif ukoll tħarreġ fil-lingwi tal-Ispanjol, it-Taljan u fis-suġġett tal-Istudji Ewropej. Huwa temm b'suċċess l-istudji tiegħu fil-Kulleġġ Ġ.F. Abela, fejn studja l-Malti, l-Ingliż f'livell avvanzat, u l-Istorja, x-Xjenza Ambjentali u s-Soċjoloġija f'livell intermedju. Fil-preżent, huwa qiegħed jistudja fl-Universita' ta' Malta fi ħdan il-Fakulta' tal-Ħarsien soċjali fejn qiegħed jispeċjalizza fil-Ħidma Soċjali u fil-Politika Soċjali. Huwa juri interess fil-politika lokali u kif ukoll fil-politika barranija filwaqt li jieħu gost jaqra dwar temi soċjali, ekonomiċi u letterarji. Huwa jqis lilu nnifsu bħala soċjalist demokratiku ispirat mit-tagħlim soċjali tal-Knisja; hekk kif huwa membru fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara.

Contact
Agħmel kuntatt magħna permezz tal-indirizz elettroniku: emanfarrugia237@gmail.com