top of page
Search
Writer's pictureEman Farrugia

KAMPANJA: NEĦILSU L-AĦĦAR KOLONJA FL-AFRIKA.


 

NEĦILSU L-AĦĦAR KOLONJA FL-AFRIKA.

GĦAJNUNA GĦALL-POPLU SAĦRAWI.


Bħala paġna politika, ħelsien.com tiddeplora kwalunkwe atti ta' vjolenza u atti ta' użu ta' armi fuq il-ġnus, filwaqt illi temmen bis-sħiħ fil-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u tal-paċi fost il-ġnus. Għalhekk, bħala amministratur ta' din il-paġna qiegħed inħabbar illi tnediet il-kampanja karitattiva bl-isem ta' ''Neħilsu l-Aħħar Kolonja fl-Afrika''. Il-paġna tagħna qiegħda tħeġġek sabiex tagħti l-appoġġ tiegħek lill-ħidma sfieqa li qiegħda twettaq l-organizzazzjoni World Food Programme mal-poplu Saħrawi, li għandu bżonn ħafna għajnuna quddiem il-vjolenza mill-okkupazzjoni Marokkina u l-assenza ta' riżorsi li qiegħed jaffaċċja fuq bażi ta' kuljum. Hekk kif il-Marokk qiegħed jibqa' jikkonsolida l-preżenza tiegħu fit-territorju, il-poplu Saħrawi għandu bżonn għajnuna immedjata tiegħek sabiex ikun jista' jikseb il-liberazzjoni u l-protezzjoni tiegħu mit-tirannija tal-Marokk.


L-okkupazzjoni Marokkina fissret il-ħolqien ta' kriżi ta' refuġjati, hekk kif 'il fuq minn 165,000 refuġjat Saħrawi ġie sforzat 'il barra b'konsegwenza tal-invażjoni illegali tal-Marokk fit-territorju. Il-familji Saħrawi għandhom bżonn l-appoġġ urġenti tagħkom! L-istaff u l-imsieħba lokali tal-World Food Programme jinsabu f'kampijiet tar-refuġjati fl-Alġerija iwieġbu għall-ħtiġijiet l-aktar urġenti tat-tfal u l-familji Saħrawi li jinsabu maqbuda bħala refuġjati f'dawn il-kampijiet. Jekk jogħġbok agħti donazzjoni issa sabiex tipprovdi għajnuna medika, ilma nadif, ikel, kits tal-iġjene u aktar!

Il-paġna tagħna tixtieq tavża wkoll illi qiegħda tagħti l-appoġġ tagħha lill-organizzazzjoni Western Sahara Resource Watch, illi qiegħda tiddokumenta l-isfruttar kontinwu ta' riżorsi u l-espansjoni illegali tal-Marokk fir-territorju tas-Saħara tal-Punent. Permezz tal-ħidma ta' din l-organizzazzjoni, il-kawża tal-poplu Saħrawi qiegħda tingħata iżjed attenzjoni mingħand il-komunita' internazzjonali.


 

Agħti donazzjoni lill-World Food Programme:



Agħti donazzjoni lill-Western Sahara Resource Watch:



Grazzi talli għentni sabiex nagħmel differenza! Bid-donazzjoni tiegħek qiegħed tagħti l-għajnuna tant meħtieġa tiegħek lill-poplu Saħrawi sabiex jikseb il-ħelsien tiegħu mit-tjassir u l-oppressjoni tal-okkupazzjoni illegali tal-Marokk fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent; l-aħħar kolonja fl-Afrika. Sabiex tkun informat iżjed dwar l-okkupazzjoni illegali ġewwa s-Saħara tal-Punent, afgħas hawn.


Eman Farrugia,

Amministratur.


 

Sahara Occidental Libre!

Viva La Resistencia!


الصحراء الغربية الحرة!

عاشت المقاومة!

130 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page