top of page
Search
Writer's pictureEman Farrugia

ITTRA MIBGĦUTA LILL-MEXXEJJA TAL-UNJONI EWROPEA.

Updated: Feb 1



Insellmilkom. Bħala ċittadin tal-Unjoni Ewropea, għażilt illi neżerċita d-dritt tiegħi li nikkomunika b'mod dirett mal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea sabiex nuri d-diżapprovazzjoni l-għajb tiegħi għall-pożizzjoni dgħajfa u ipokrita li l-istituzzjoni ħadet rigward il-kunfiltt armat illi qiegħed iseħħ f'Gaża, pożizzjoni li mhijiex kompattibbli mal-valuri universali tal-paċi u tas-sigurta' fost il-ġnus. Qiegħed nippubblika l-kontenut tal-ittra li bgħatt personalment lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola u lil President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola Von Der Leyen. Din l-ittra ntbagħtet fil-kuntest tal-qtil ta' persuni ċivili innoċenti li qiegħed jiġri b'mod preżenti fil-medda ta' Gaża mill-forzi militari Iżraeljani. Il-poplu tal-Palestina jeħtieġ protezzjoni urġenti mill-kunflitti armati li qegħdin iseħħu fit-territorju ta' Gaża u mill-okkupazzjoni illegali li qiegħda sseħħ fit-territorju tal-West Bank. Sabiex din il-protezzjoni tkun assigurata, jeħtieġ illi l-Unjoni Ewropea taddotta pożizzjoni iktar iebsa fil-konfront tal-atti li qegħdin jitwettqu mill-Iżrael għad-detriment tad-drittijiet fundamentali tal-poplu Palestinjan. Bħala ċittadini, huwa l-obbligu tagħna li nkunu l-vuċi ta' dan il-ġens illi jinsab mhedded.


Ittra mibgħuta lill-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola u lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursola Von Der Leyen: 25 ta' Novembru 2023.


Subject: Israeli-Palestinian Conflict.


Dear Madam;

 

When a final, large-scale catastrophe emerges from the current situation in Gaza, the first responsible for it would be the terrorist state of Israel which you support and the second responsible for it would be yourself and your colleagues who prefer to place their political interest above the interest of preserving the human lives of the nation of Palestine, which has been denied a homeland for 75 years by those which the European Union seeks to defend so vehemently. Your hypocritical stances about the situation are only facilitating the loss of human life and put to shame the values, if any still exist, of the European Union which you represent. If the European Union is going to retain the unconditional support for those Zionist terrorists, I do not want to be identified as a European; I am not willing to assimilate myself with those who support terrorists such as the state of Israel. It would be my greatest sorrow and disappointment to witness Europeans being once again on the wrong side of human history during a genocide.


With sincere regards,

Eman Farrugia.

Student.


***


AGĦTI D-DONAZZJONI TIEGĦEK SABIEX TGĦIN LILL-POPLU TA' GAŻA.




146 views0 comments

Recent Posts

See All

Comentarios


Post: Blog2_Post
bottom of page