Search


MALTA TISTA' TKUN SEKULARI JEKK GĦANDHA RELIĠJON STATALI? IL-KOSTITUZZJONI TGĦID IVA.
'' Il-Kostituzzjoni ta' Malta tfisser li r-Repubblika ta’ Malta hija repubblika demokratika bbażata fuq ix-xogħol u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-bniedem; u mhux ir-reliġjon Kattolika. '' Minn mindu Omar Rababah ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni ġenerali, kienu bosta dawk li kienu pronti sabiex jikkummentaw fuq il-midja soċjali sabiex juru d-diżapprovazzjoni tagħhom għall-pass ta’ Rababah, minkejja li huwa dritt tiegħu bħala ċittadin
Eman Farrugia
May 63 min read


RIFLESSJONI: INFAKKRU LILL-ĦADDIEM U LIL MIN DEJJEM IĠĠIELED GĦALIH.
Jum il-Ħaddiem xi jfisser? F'Malta, Jum il-Ħaddiem huwa magħruf l-iżjed btala pubblika u bħala l-jum meta ż-żewġ partiti politiċi ewlenin jorganizzaw l-attivitajiet politiċi tagħhom. Għall-Knisja f'Malta, dan il-jum huwa wkoll imfakkar bħala l-Festa ta' San Ġużepp Ħaddiem. Iżda l-oriġini u s-sinifikat ta' Jum il-Ħaddiema jmorru lil hinn minn dan kollu. L-oriġini ta' Jum il-Ħaddiem imorru lura għall-Kungress Internazzjonali tal-Ħaddiema li sar f'Pariġi fl-1889; li kien jgħaqqa
Eman Farrugia
May 12 min read


META GRUPP TA' SULDATI XELLUGIN WAQQGĦU L-FAXXIŻMU F'INQAS MINN 24 SIEGĦA.
'' Jekk xejn, dan l-avveniment storiku għandu jfakkarna kemm hija prezzjuża iżda fraġli d-demokrazija, u li wieħed għandu jaħdem għaliha u japprezzaha kuljum. '' Il-Portugall qiegħed jimmarka t-52 anniversarju tar-Rivoluzzjoni tal-Qronfol, kolp ta' stat mill-armata Portugiża li wassal għat-tmiem tal-itwal dittatorjat tal-Ewropa u fit-trasformazzjoni tal-Portugall fi stat demokratiku u membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kolp ta' stat mhux imdemmi kien ukoll strumentali sabiex s
Eman Farrugia
Apr 255 min read


SAN OSCAR ROMERO; MARTRI TAL-KNISJA U TAL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI.
'' L-idea li x-xellug politiku kien minn dejjem għadu politiku tal-Knisja Kattolika hija idea Ewro-ċentrika u nieqsa mis-sustanza. '' Illum, 24 ta' Marzu, il-Knisja tfakkar lil San Oscar Romero. Spiss nisimgħu bil-kunflitti li kellha l-Knisja Kattolika ma' stati jew gruppi li jħaddnu ideoloġiji fuq ix-xellug tal-ispettru politiku; bħall-Unjoni Sovjetika u r-Repubblikani fi Spanja. Iżda qajla nisimgħu bil-kunflitti li kellha l-Knisja Kattolika ma' stati jew gruppi li jħaddnu i
Eman Farrugia
Mar 242 min read


FIS-SAĦARA TAL-PUNENT, JIĊĊELEBRAW L-INDIPENDENZA TAĦT ID-DELL TA' OKKUPAZZJONI.
'' Ma stajniex niċċelebraw jum l-indipendenza fit-toroq għaliex il-pulizija Marokkina jużaw forza qawwija kontra d-dimostrazzjonijiet politiċi. Iċċelebrajna kif stajna billi ċċelebrajna l-kultura tagħna bil-moħbi fid-djar tagħna għax il-forzi sigrieti tal-gvern Marokkin josservawna kontinwament. '' - Saħrawi minn Dakhla, is-Saħara tal-Punent. Matul il-jum tal-Ġimgħa, nazzjon minsi fl-Afrika ta' Fuq iċċelebra il-50 sena anniversarju mil-jum tas-27 ta' Frar 1976; ġrajja li għal
Eman Farrugia
Feb 274 min read


OPINJONI: BORD TAL-PAĊI JEW KOLLEZZJONI TA' PAJJIŻI DITTATORJALI?
'' Kien ikun għajb għal Malta li tingħaqad ma' bord b'ambizzjonijiet kolonjali u imperjalisti għall-artijiet tal-poplu Palestinjan; bord li nzerta huwa wkoll kollezzjoni ta' pajjiżi dittatorjali u abbużivi lejn id-drittijiet umani. '' Filwaqt li f'Malta kien għad baqa' min jtella' u jniżżel jekk pajjiżna kellux tissieħeb mal-hekk imsejjaħ Bord tal-Paċi, fl-Istati Uniti saret l-laqgħa inawgurali ta' dan il-bord imtappan bil-kontroversja. Intqal li f'din il-laqgħa inawgurali nġ
Eman Farrugia
Feb 215 min read


OPINJONI: IT-THEDDID FIL-KONFRONT TAL-VENEŻWELA HUWA IMPERJALIŻMU.
'' Jekk il-komunita’ internazzjonali se tibqa’ inattiva quddiem it-theddid fil-konfront tal-Veneżwela, m’hemm xejn li se jassigura s-sovranita’ tal-Panama u ta’ pajjiżi oħrajn ġirien tal-Istati Uniti . '' Invażjoni Amerikana imminenti fil-Veneżwela; l-istorja tirrepeti ruħha. Matul dawn l-aħħar ġimgħat, rajna lill-amministrazzjoni ta’ Trump wettqet serje ta’ attakki fl-ibħra tal-Veneżwela bl-allegat għan ikun sabiex tiġi miġġielda l-industrija tat-traffikar tad-droga li to
Eman Farrugia
Dec 20, 20254 min read


OPINJONI: IVA, IS-SOĊJALIŻMU GĦADU RELEVANTI!
'' Il-ħassieba kritiċi fi ħdan partit politiku huma r-ruħ u mhumiex l-għedewwa. Huma dan l-ħassieba kritiċi li huma kapaċi jappellaw għal individwi moderati u għal votanti li ma jħossuhomx affiljati ma’ partit politiku. '' Iva, is-soċjaliżmu għadu relevanti! Il-belt ta’ New York, li hija spiss deskritta bħala l-benniena tal-kapitaliżmu, issa għandha sindku lil Zohran Mamdani; li jipprofessa twemmin soċjalista. Mamdani twieled fl-Uganda, għandu dixxendenza Indjana u jippratti
Eman Farrugia
Nov 6, 20255 min read


ĠUSTIZZJA GĦAL ARTNA: MA NIBQGĦUX SIEKTA QUDDIEM MIN IRID JORDOMNA.
'' Nuri l-appoġġ tiegħi permezz ta' din l-istqarrija favur il-kawża ġusta li qiegħda titmexxa mill-moviment Ġustizzja għal Artna. ''...
Eman Farrugia
Oct 10, 20253 min read


IN-NEOKOLONJALIŻMU FIS-SAĦARA TAL-PUNENT: L-UNJONI EWROPEA KOMPLIĊI.
'' Jeħtieġ li Malta tieħu pożizzjoni b'saħħitha kontra l-isfruttament tar-riżorsi u l-abbuż tad-drittijiet leġittimi tal-poplu Saħrawi....
Eman Farrugia
Oct 10, 20256 min read


OPINJONI: IL-QRUBIJA INFAMI BEJN IL-GVERN MALTI U L-GVERN AMERIKAN.
'' Mhux ta' b'xejn li l-Ministru Borg jaħseb li l-President Trump intitolat għall-Premju Nobel tal-Paċi, għaliex l-idea ta' xi tfisser paċi u ġustizzja għall-Ministru hija mnawra daqs dik tal-President Amerikan. '' Mhuwiex sigriet illi l-Partit Laburista qiegħed jitbiegħed mill-valuri u l-prinċipji xellugin li huwa msejjes fuqhom. Matul din l-aħħar ġimgħa, rajna lill-Prim Ministru Robert Abela joħroġ ixewwex kontra r-residenti u l-ħaddiema barranin f'pajjiżna billi f'attivita
Eman Farrugia
Oct 10, 20255 min read


IL-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI MINN LENTI SOĊJOLOĠIKA.
'' F'Malta, dawk l-individwi jirċievu dħul finanzjarju ta' inqas minn €12,257.84 huma meqjusa bħala foqra, u studji riċenti juru li...
Eman Farrugia
Sep 29, 202520 min read


MALTA TIRRIKONOXXI LILL-PALESTINA BĦALA STAT INDIPENDENTI.
Il-kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti f'New York, l-Istati Uniti, fejn Malta ħabret li se tirrikonoxxi l-Palestina bħala stat indipendenti...
Eman Farrugia
Sep 23, 20253 min read


OPINJONI: L-IMPORTANZA TA' RIFORMA FIL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI.
'' Il-poplu Malti m'għandux jiġi mgħallem mill-mexxejja tal-pajjiż li l-finanzjament tal-partiti politiċi huwa taxxi ġdida, iżda għandu...
Eman Farrugia
Sep 22, 20255 min read


OPINJONI: DAK LI ĠARA TMENIN SENA ILU QED JERĠA' JSEĦĦ F'GAŻA.
'' Din m’għadhiex gwerra bejn l-Iżrael u l-Ħamas. Gwerra hija taqbida bejn żewġ potenzi armati; mhux taqbida bejn potenza armata u...
Eman Farrugia
Sep 18, 20254 min read


RIFLESSJONI: ELEĠIJA LIĊ-ĊKEJKNA LOUIJN.
Eleġija għal Loujin; it-tifla immigranta ta' erba' snin li tħalliet tinqatel bil-għatx mill-istat Malti tliet snin ilu fiż-żona...
Eman Farrugia
Sep 15, 20251 min read


RIFLESSJONI: TMENIN SENA MINN TMIEM TAT-TIENI GWERRA DINJIJA.
'' Il-gwerer attwali jafu jidhru mbiegħda minn xtutna, iżda dan ma jfissirx li ma nistgħu nagħmlu xejn sabiex intaffu t-tbatija tal-proxxmu. Bħala Nsara, aħna msejħa li nkunu ċittadini attivi sabiex inkunu vuċi għall-paċi u l-ġustizzja madwarna. '' Matul din is-sena qegħdin infakkru it-tmenin sena minn meta ntemmet it-Tieni Gwerra Dinjija fl-Ewropa. Dan seħħ hekk kif il-Ġermanja Nażista kienet ċediet nhar it-8 ta’ Mejju 1945 wara sitt snin ta’ gwerra dinjija li kienet ikkarat
Eman Farrugia
Jul 15, 20253 min read


RIFLESSJONI: L-GĦAŻLA TA' PAPA LJUN XIV.
Papa Ljun XIV. Għażel dan l-isem b'omaġġ u ġieħ lill-Papa Ljun XIII, li kien il-Papa li beda riformi soċjali kbar fi ħdan il-Knisja Kattolika permezz tal-enċiklika "Rerum Novarum" fl-1891; enċiklika b'qalb soċjali li tħaddan prinċipji xellugin bħall-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-ħaddiema waqt li tirrispetta valuri diġà stabbiliti tal-Knisja rigward il-familja u l-proprjetà. Enċiklika li mliet il-vojt morali li ħalliet il-Knisja għal ħafna sekli billi fihom baqgħet stat
Eman Farrugia
May 9, 20251 min read


RIFLESSJONI: IS-SINIFIKAT TA' JUM IL-ĦELSIEN ILLUM.
B'mod immedjat wara r-rebħa tal-elezzjoni ġenerali li saret f'Ġunju 1971, il-gvern Laburista taħt it-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru...
Eman Farrugia
Apr 1, 20252 min read


INTERVISTA MAL-ĠURNAL 'ILLUM.COM.MT' DWAR IL-KUNFLITT FL-ILVANT NOSANI.
'' Jekk il-komunita' internazzjonali mhijiex se tapplika l-liġi internazzjonali f'dan il-każ inkunu qegħdin noħolqu preċedent perikoluż fejn ikun qiegħed jingħadda l-messaġġ illi l-liġi internazzjonali ma tgħoddx għal kulħadd bl-istess mod. '' F'Jannar li għadda lkoll ħassejna sodisfazzjon bl-aħbar illi ntlaħaq ftehim bejn l-Iżrael u l-Ħamas sabiex ikun hemm waqfien mill-ġlied fil-Medda ta' Gaża. Filwaqt illi personalment ninsab sodisfatt b'dan l-iżvilupp politiku mir-reġjun
Eman Farrugia
Feb 6, 20257 min read


OPINJONI: EKONOMIJA LI TAĦDEM GĦALL-POPLU, MHUX POPLU LI JAĦDEM GĦALL-EKONOMIJA.
'' Wasal iż-żmien li nieqfu nitħaddtu dwar it-tkabbir ekonomiku u nħarsu lejn żvilupp ekonomiku li jgħin lill-pajjiżna sabiex jibqa'...
Eman Farrugia
Feb 5, 20254 min read


OPINJONI: MA NKUNUX PASSIVI QUDDIEM L-IMPERJALIŻMU.
'' Il-proġett Ewropew, illi kellu tant potenzjal sabiex ikun proġett suċċess permezz tat-trasformazzjoni tal-kontinent Ewropew...
Eman Farrugia
Jan 9, 20254 min read


OPINJONI: 'DOUBLE STANDARDS' MA JAGĦMLUX ĠIEĦ LILL-KREDIBBILITA' TA' MALTA.
Matul dawn l-aħħar sntejn, Malta kellha rwoli importanti fil-fora internazzjonali. Minkejja li kien hemm instanzi fejn Malta tat...
Eman Farrugia
Jan 6, 20254 min read


DISKORS WAQT ATTIVITA' TAL-FRONT MALTIN INQUMU - 13 TA' DIĊEMBRU 2024.
Il-Front Maltin Inqumu twaqqaf mill-eks-Prim Ministri ta' Malta u eks-mexxejja tal-Partit Laburista Dom Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici....
Eman Farrugia
Dec 13, 20242 min read















