PROĠETT PALESTINA.
PROĠETT UMANITARJU.
Bħala paġna politika, ħelsien.com tiddeplora kwalunkwe atti ta' vjolenza u atti ta' użu ta' armi fuq il-ġnus, filwaqt illi temmen bis-sħiħ fil-prinċipji tal-ġustizzja soċjali u tal-paċi fost il-ġnus. Għalhekk, bħala amministratur ta' din il-paġna qiegħed inħabbar illi tnediet il-kampanja karitattiva bl-isem ta' "Proġett Palestina. Proġett Umanitarju". Il-paġna tagħna qiegħda tħeġġek sabiex tagħti l-appoġġ tiegħek lill-ħidma sfieqa umanitarja li qiegħda twettaq l-organizzazzjoni volontarja M.E.C.A. (Middle East Children's Alliance) mal-poplu tal-Palestina li għandu bżonn ħafna għajnuna quddiem il-vjolenza sistemika u l-assenza ta' riżorsi li qiegħed jaffaċċja fuq bażi ta' kuljum, hekk kif il-poplu Palestinjan qiegħed jibqa' mjassar mill-okkupazzjoni illegali tal-Iżrael ġewwa t-territorji Palestinjani.
Il-familji f'Gaża għandhom bżonn l-appoġġ urġenti tagħkom! Dawn il-familji qegħdin jesperjenzaw għada ta' attakki kontinwi u brutali mit-truppi Iżraeljani li qegħdin jokkupaw għadd ta' artijiet imdaqqsa b'mod illegali, azzjonijiet illi qegħdin jheddu l-ħajjiet, il-ħolm u l-ħelsien tal-poplu Palestinjan. F'Gaża, dawn l-attakki qegħdin joqtlu mijiet ta' nies, jweġġgħu aktar minn elf, u jispustaw għexieren ta' eluf, dan kollu qiegħed iseħħ fi spazju ta' ftit ġranet. L-istaff u l-imsieħba lokali tal-M.E.C.A. f'Gaża jinsabu fuq il-post iwieġbu għall-ħtiġijiet l-aktar urġenti tat-tfal u l-familji Palestinjani. Jekk jogħġbok agħti donazzjoni issa sabiex tipprovdi għajnuna medika, ilma nadif, provvista ta' ikel, kits tal-iġjene u aktar, id-donazzjonijiet tagħkom huma apprezzati!
Aġġornament: Hekk kif Gaża bdiet tisfa attakkata mill-Iżrael f'Ottubru tas-sena 2023, nitlobkom sabiex fejn huwa possibbli, tibqgħu tagħtu l-appoġġ tagħkom anke permezz ta' għajnuna finanzjarja lill-organizzazzjonijiet tal-karita' li qegħdin jassistu lill-poplu ta' Gaża fil-bżonnijiet illi jeħtieġ. Bħala amministratur tal-paġna, ftit ġimgħat qabel ma l-Iżrael bdiet l-attakki f'Gaża, kont nedejt kampanja karitattiva bl-isem ta' ''Proġett Palestina. Proġett Umanitarju.'', bl-għan sabiex is-segwaċi ta' din il-paġna ikunu iżjed konxji dwar il-kawża Palestinjana u sabiex jiġu mħeġġa sabiex jagħtu d-donazzjoni tagħhom b'risq din il-kawża. Id-donazzjonijiet mogħtija jmorru direttament għand il-Middle East Children's Alliance (M.E.C.A.) illi hija organizzazzjoni umanitarja li preżentament tinsab preżenti f'Gaża sabiex tassisti lill-poplu ta' Gaża, partikolarment lit-tfal u lill-familji tagħhom. Inħeġġiġkom sabiex tgħinuni ngħin lill-ħaddieħor billi tagħtu d-donazzjoni tagħkom lil din l-organizzazzjoni.
Agħti d-donazzjoni tiegħek billi tafgħas fuq din il-ħolqa diġitali:
Grazzi talli għentni nagħmel differenza! Bid-donazzjoni tiegħek qiegħed tgħin lill-poplu tal-Palestina sabiex jikseb il-ħelsien tiegħu mit-tjassir tal-kunflitti u l-gwerer preżenti. il-poplu Palestinjan mhuwiex xi poplu tat-tieni klassi; iżda dan huwa poplu tal-ewwel klassi bħal kull poplu ieħor, u għaldaqstant huwa l-obbligu tagħna bħala bnedmin li nassiguraw li d-drittijiet l-iżjed fundamentali għal dan il-poplu mhumiex mhedda u mittiefsa. M'aħniex ħielsa qabel ma l-Palestina tkun ħielsa!
Palestina Ħielsa!
فلسطين حرة!
Eman Farrugia,
Amministratur.
Comments