top of page
Search
Writer's pictureEman Farrugia

PARLAMENT NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ | 2023.

Ritratt: Parlament.mt


Ħsibijiet minn Eman Farrugia dwar is-sehem tiegħu fis-seduta tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ tas-sena 2023.


Ħbieb,


Ninsab tassew sodisfatt bil-parteċipazzjoni tiegħi fil-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ tas-sena 2023, seduta mpenjattiva li tiġi organizzata mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ta' kull sena.


Ninsab onorat ukoll illi l-emenda u l-proposta li pproponejt rigward is-suġġett tar-regolarizzazzjoni tal-prostituzzjoni sabu l-appoġġ tal-maġġoranza tal-parteċipanti kollegi tiegħi li kienu preżenti fil-Kamra tar-Rappreżentanti għal din is-seduta.


Nirringrazzja lill-kollegi sħabi tal-parteċipazzjoni tagħhom u lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ talli ħadu ħsieb illi jorganizzaw seduta intensiva iżda li fiha spikka r-rispett u l-maturità tal-parteċipanti waqt is-seduta, minkejja li ġew diskussi suġġetti pjuttost sensittivi li mhux dejjem ingħataw l-importanza mistħoqqa.


Għal sena oħra!


Eman Farrugia.


Interventi magħmula minn Eman Farrugia favur ir-regolarizzazzjoni tal-prostituzzjoni.


Inħarsu l-qagħda u s-saħħa tal-ħaddiema kollha!


Fil-filmat mehmuż tista' ssib l-interventi ta' Eman Farrugia waqt il-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ tas-sena 2023, li fihom huwa tħadded dwar l-importanza li tinħoloq u li tiġi stabbilita entità governattiva sabiex tirregolarizza l-qasam tal-prostituzzjoni, dwar l-inċentivi u l-għajnuna soċjali li għandu joffri l-Gvern lill-ħaddiema tas-sess u dwar kif għandha tinżamm id-dixxiplina f'dan il-qasam sabiex jiġu protetti l-ħaddiema tas-sess u l-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom.


Tista' ssegwi l-interventi fil-filmat mehmuż hawn taħt:


Filmat: Parlament.mt

63 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page