top of page
Search
Writer's pictureEman Farrugia

ŻJARA FL-AMBAXXATA TAL-ISTAT TAL-PALESTINA.



STQARRIJA DWAR IŻ-ŻJARA FL-AMBAXXATA

TAL-ISTAT TAL-PALESTINA F'MALTA.


Ninsab sodisfatt illi nhar it-3 ta' Jannar tas-sena 2024, ingħatajt l-opportunita' li nżur l-ambaxxata tal-Istat tal-Palestina għal Malta. Din iż-żjara kienet okkażjoni oħra għalija sabiex inkun nista' nesprimi s-solidarjeta' tiegħi mal-poplu Palestinjan fid-dawl tal-kriżi umanitarja u l-attakki brutali mill-Iżrael fuq il-Palestinjani ġewwa Gaża. Fl-ambaxxata kelli l-opportunita' li niltaqa' u nitħadded mal-ambaxxatur Palestinjan għal Malta, l-Eċċellenza tiegħu Fadi Hanania. Flimkien kellna taħdita pożittiva fejn iddiskutejna l-ħtieġa li jkun hawn iżjed kampanji ta' għarfien dwar il-kawża tal-poplu Palestinjan għall-istudenti ġewwa l-istituzzjonijiet edukattivi ta' pajjiżna. Nixtieq nuri l-gratitudni tiegħi lill-ambaxxatur Palestinjan u lill-komunita' Palestinjana tal-apprezzament tagħhom għall-isforzi tiegħi. Inwiegħdhom illi l-isforzi tiegħi b'risq din il-kawża ser jissaħħu; hekk kif nibqa' nagħmel l-għalmu tiegħi sabiex din il-kawża ġusta tingħata l-attenzjoni u l-appoġġ illi jixraqilha mis-soċjeta' tagħna.


Huwa l-obbligu tagħna li nibqgħu nuru solidarjetà mal-poplu Palestinjan quddiem l-oppressjoni u l-okkupazzjoni li ilu tant jiltaqa' magħha. Il-poplu Palestinjan għandu d-dritt illi bħal kull poplu ieħor jibni l-istat sovran tiegħu. Malta għandha tkun minn ta' quddiem sabiex tassigura dan id-dritt. Nitlobkom ġentilment sabiex fejn huwa possibbli tagħtu l-appoġġ tagħkom għal din il-kawża anke permezz ta' għajnuna finanzjarja jew billi tipprovdu riżorsi meħtieġa bħal ikel, ħwejjeġ u prodotti sanitarji lill-ambaxxata Palestinjana, illi għandha l-abbilita' li twassal dawn id-donazzjonijiet direttament għall-poplu Palestinjan ġewwa Gaża. Bl-isforzi ġenwini tagħna nistgħu ngħinu lil dawn ħutna fil-bżonn. Nappella sabiex skont l-abbilita' jew il-qagħda tagħkom tkunu ta' għajnuna.


Sabiex tkunu informati iżjed fid-dettal dwar kif tistgħu tipprovdu l-appoġġ u l-għajnuna tagħkom lill-poplu Palestinjan, inħeġġiġkom ukoll sabiex tagħmlu kuntatt dirett mal-paġni soċjali tal-ambaxxata Palestinjana għal Malta, Embassy of Palestine - Malta سفارة دولة فلسطين - مالطا, jew billi ċċemplu fuq dan in-numru telefoniku 2780 1200. Flimkien nistgħu nagħmlu impatt pożittiv f'dan iż-żmien tant diffiċli għall-poplu Palestinjan, illi għandu bżonn l-appoġġ u l-għajnuna tagħna iżjed minn qatt qabel.


Palestina Ħielsa!

فلسطين حرة!


Eman Farrugia,

Amministratur.


Stqarrija maħruġa llum, 4 ta' Jannar 2024.


 

AGĦTI D-DONAZZJONI TIEGĦEK SABIEX TGĦIN LILL-POPLU TA' GAŻA.






135 views0 comments

Recent Posts

See All

Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page